Mhux ħati li seraq karozza u pompa tal-petrol

Clayton Cremona ta’ 29 sena mill-Mosta ġie lliberat mill-akkuża li seraq karozza u wettaq serqa minn pompa tal-petrol fin-Naxxar.
Il-każ seħħ f’Awwissu tal-2005.
il-Qorti ntqal li kien suspettuz il-mod kif ix-xhud, li qal li ġie sfurzat jagħtih il-flus, tkellem biss xahar wara li seħħ il-każ u meta kien interrogat mill-Pulizija.
Peress li x-xhud fil-każ kien stqarr li kellu problema bid-droga, il-Qorti wasslet għall-konklużjoni li ried jitfa’ l-ħtija fuq ħaddieħor.