Mhux ħati b’korruzzjoni fil-konfront ta’ spettur tal-VAT

Paul Scicluna, li huwa l-Kap tal-Ispettorat tal-VAT inħeles mill-akkuża ta’ korruzzjoni fil-konfront ta’ spettur tal-VAT.

Scicluna kien qed ikun akkużat li f’Ottubru ta’ sentejn ilu, fl-uffiċċju tiegħu kien sejjaħ lil Vince Vella, li huwa spettur tal-VAT, u kien tah ittra ta’ korrezzjoni u ċekk ta’ €100 biex ma jaqbadx ma’ klijent.

Wara li għamel ir-rapport lill-pulizija, Vella qal li ma ħax il-€100 imma mbagħad l-għada qal li kien ħadhom. 

Minħabba din l-inkonsistenza fix-xhieda tiegħu, il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona ma sabx ħati b’korruzzjoni lil Paul Scicluna.