Mhux għax għandek ir-radju bil-ħsara

Għall-ħabta tad-9:00am jaf jiġu affetwati t-trażmissjonijiet tar-radju nazzjonali. Skont stqarrija maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir, illum bejn id-9:00am u l-11:00am se jkunu qed isiru xi testijiet fuq it-Torri li l-Awtorità għandha fil-Għargħur.

It-testijiet se jkunu qed jaffetwaw it-trażmissjoni tar-radju nazzjonali b’tali mod li xi lokalitajiet se jkollhom reception baxxa. F’xi lokalitajiet oħra jista’ jkun esperjenzat interruzzjoni totali tas-servizz.

Fl-istqarrija, l-Awtorità skużat ruħha għal kull inkonvenjent kaġunat.