Mhux għax għandek ir-radju bil-ħsara …

Dalgħodu, bejn it-8am u s-1pm, se jkun hemm qtugħ fit-trasmissjoni tal-istazzjonijiet tar-radju. Dan minħabba li f’dan il-ħin se tkun qed issir spezzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur.

Filwaqt li l-Awtorità tax-Xandir skużat ruħha għal dan l-inkonvenjent, hija qalet li se jsir sforz biex ix-xogħol jitlesta qabel; f’dan il-kaz, it-trasmissjoni tirritorna għan-normal qabel is-1300.