“Mhux faċli tgħix f’Malta; dejjem sibna appoġġ”

Read in English.

Il-President tal-komunità Maltija-Lhudija u eks Chief Rabbi Reuven Ohayon sostna li filwaqt li Malta mhux pajjiż faċli li wieħed jgħix fih, dejjem sabu l-appoġġ li kellhom bżonn.

Rabbi Ohayon kien qed jattendi għas-16-il edizzjoni tal-Konferenza Dinjiji għar-Rabbin u l-mexxejja tal-komunitajiet tal-Lhud. Kien hemm mal-150 mexxej minn 40 pajjiż differenti li ltaqgħu flimkien u ddiskutew ir-reliġjon u l-istat, l-anti-Semitiżmu, l-familja moderna u suġġetti oħrajn fuq tliet ijiem.

Rabbi Ohayon qal li f’Malta jgħixu fil-paċi mal-ġirien tagħhom. Qal li f’Malta jirċievu ħafna rispett u semma kif hawn diversi minoritajiet jgħixu fil-pajjiż. Qal li ma jagħmlux ħafna storbju u għandhom relazzjoni tajba mal-Gvern. Qal li malli jħossu li qed jaffaċċjaw xi problema, mill-ewwel jitkellmu mal-awtoritajiet. Qal li fil-passat tkellmu mal-Prim Ministru u anke l-President ta’ Malta. Qal li huma dejjem sabu l-għajnuna li kellhom bżonn.