Il-Kmandament Numru 11: X’inhu?

L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia stqarr li mhux faċli li wieħed iżomm bilanċ bejn il-ħtiġijiet ta’ żvilupp u l-pajsaġġ naturali li ddeskriva bħala l-“pulmun fl-eko-sistema tal-gżejjer Maltin”.   
Huwa qal dan waqt it-tnedija tal-ktieb tal-awtur Malti Paul P. Borg bit-titlu “Il-Kmandament Numru Ħdax”.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia tkellem dwar l-importanza tal-ispazji naturali li qal huma tal-Maltin u l-Għawdxin. Hawnhekk appella lill-awtur sabiex jibqa’ jkun kritiku tax-xejriet soċjali, biex it-tajjeb tal-Maltin ma jonqos qatt.
Paul P. Borg huwa awtur ta’ bosta kitbiet fil-lingwa Maltija, għalliem, poeta u kontributur regolari f’ġurnali lokali. 
Ritratt: Ian Noel Pace