“Mhux eskluż li togħla l-età għall-konsum tal-alkoħol” – Il-Ministru Falzon

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li mhux eskluż li ‘l quddiem jiġi kkunsidrat li l-età għall-konsum tal-alkoħol titla’ iktar minn 17-il sena.

Għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mtFalzon irrimarka li għalkemm l-età legali hi iktar baxxa minn dik ta’ diversi pajjiżi Ewropej u li l-liġi tista’ tittejjeb, diġà kien hemm żieda fl-età.

Il-Ministru stqarr li f’Malta għandna kultura tolleranti għall-alkoħol. Madanakollu enfasizza li l-protezzjoni taż-żgħażagħ tiġi l-ewwel u qabel kollox.

L-età permessibbli għall-konsum tal-alkoħol fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej hija ogħla minn dik ta’ Malta.