Mhux eskluż li Konrad Mizzi jissejjaħ minn Brussell għall-investigazzjonijiet

Mhux eskluż li l-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi jissejjaħ biex imur Brussell għall-investigazzjonijiet biex iwieġeb għall-akkużi kontrih dwar il-każ tal-Panama Papers.
Politiċi, nies famużi u kumpaniji multinazzjonali li huma involuti f’dan l-iskandlu se jittressqu quddiem il-kumitat ta’ inkjesta, wara li lbieraħ kapijiet ta’ gruppi politiċi fi ħdan il-Parlament Ewropew qablu li għandu jinħoloq kumitat ta’ inkjesta li jinvestiga l-Panama Papers.
Fit-tmiem tal-eżerċizzju, il-Parlament Ewropew  mistenni li joħroġ b'rakkomandazzjonijiet, partikolarment fuq l-infurzar tal- liġijiet tal-Unjoni Ewropea kontra l-evażjoni tat-taxxa.
Konrad Mizzi kif ukoll Keith Schembri kienu ammettew li għandhom trust fi New Zeland u kumpanija fil-Panama.
Iktar kmieni l-Panama Papers Leaks kixfu li Mizzi u Schembri pprovaw jiftħu kont il-bank fid-Dubaj.