Mhux eskluż li jiġi estiż il-lockdown fl-Italja

Policlinico Gemelli/Handout via REUTERS

Fi tmiem laqgħa tal-Kabinett f’Palazzo Chigi, fejn dawk kollha preżenti kienu lebsin maskli u ingwanti, Giuseppe Conte, qal li l-ewwel prijorità għall-pajjiż jibqa’ l-fatt li jiġi evitat il-kollass tas-sistema.

Hu żied jgħid li l-miżuri ristrettivi li ttieħdu s’issa jidher li qed jaħdmu, iżda m’hemm l-ebda triq oħra ħlief li jiġi estiż il-perjodu ta’ lockdown, u għalhekk ħafna min-negozji u l-iskejjel tal-pajjiż se jibqgħu magħluqa, u l-attivitajiet individwali se jibqgħu limitati.

Conte kompla jgħid li għalissa mhux se jittieħdu miżuri ristrettivi aktar stretti, imma jekk dawn il-limitazzjonijiet mhux se jkunu osservati, l-awtoritajiet ikollhom jieħdu passi immedjati.

Il-Prim Ministru Taljan qal ukoll: “aħna tassew sodisfatti bil-passi kollha li ttieħdu s’issa, miżuri li kienu ggwidati b’minn tal-anqas erba’ prinċipji: trasparenza, għax m’aħna qed naħbu xejn miċ-ċittadini, u dawk li jagħmlu dan fil-pajjiżi tagħhom se jiddispjaċihom bil-kbir;  attenzjoni massima, għax qisna kollox kif suppost u dejjem ħadna l-agħar każijiet bħala indikaturi biex infasslu l-pjan tagħna fuqhom; l-adegwatezza tal-miżuri, u fl-aħħarnett il-proporzjonalità, li mingħajrha l-poplu Taljan, li huwa mdorri b’individwaliżmu u libertajiet ċivili, ma setax jibqa’ fuq saqajh, minħabba li aħna m’aħniex iċ-Ċina, u ma ngħixux fi Stat ċentralizzat.”

Il-laqgħa mal-Ministri u ma’ wħud mill-kapijiet tad-delegazzjoni ġiet organizzata biex, fl-iqsar żmien possibbli, jiġu implimentati l-miżuri tal-aħħar digriet, dawk il-€25 biljun li se jitqassmu bejn is-settur tas-saħħa u l-qasam tal-impjieg, bħala appoġġ għas-sistema tal-isptar li hija produttiva; jidher li dan id-digriet se jkun segwit minn tal-anqas digriet ekonomiku ieħor f’April. Imma l-kap tal-gvern żvela wkoll li se jitwaqqaf digriet ieħor, dak dwar il-politika ekonomika interna u li se jkun l-ogħla miżura ta’ dawn l-aħħar 10 snin f’termini ta’ simplifikazzjoni ta’ proċeduri u investimenti, u li huwa tassew meħtieġ fl-Italja li għandha bżonn fost l-oħrajn li tipproteġi dak kollu li huwa importanti fil-pajjiż.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn