Mhux dejjem faċli li wieħed jispjega l-Evanġelju

Fil-programm il-Kelma li jixxandar illum il-Ħadd fil-11am fuq l-istazzjon One, Antonella Galea Loffreda se tkun qed titkellem ma’ Fr Rene Camilleri u Emanuel Micallef dwar l-Evanġelju tat-Tielet Ħadd tal-Għid. Mhux dejjem faċli li wieħed jispjega l-Evanġelju. Antonella tipprova tieħu t-tifsira tiegħu u tara kif wieħed jista’ jgħixu fil-ħajja ta’ kuljum. Possibbli? Iva. Għaliex Ġesù meta tkellem ried juri li l-valuri jistgħu jkunu mgħixa bi sħiħ.

Fr Martin Micallef ofm cap se jkun qed jagħti tifsira dwar l-Evanġelju ta’ nhar il-Ħadd.

Fr Louis Mallia jikkonkludi l-programm bi ħsieb tiegħu dwar il-qaddisin tal-ġimgħa.

Fr Louis Mallia

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI MEDIA, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP.

Nota: Dan il-programm ġie rrikordjat qabel ma ngħataw l-istruzzjonijiet dwar il-COVID 19 mid-Dipartiment tas-Saħħa.