​Mhux daqstant b’xortihom ta’ San Pawl il-Baħar!

Il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, inkluż il-Qawra mhix daqstant xortiha tajba.
Ċifri ppreżentati fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia juru li San Pawl il-Baħar jikklassifika l-ewwel għall-istorbju, għall-ġlied, għad-droga, għall-vjolenza domestika u għas-serq. Dan meta mqabbel mal-Mellieħa u n-Naxxar għall-perjodu ta’ ħames snin, bejn l-2013 u l-2017.
Serq: 
San Pawl il-Baħar: 3,051 każ
Mellieħa: 940 każ
Naxxar: 657 każ
Droga:
San Pawl il-Baħar: 61 każ
Mellieħa: 16-il każ
Naxxar: 8 każi
Vjolenza Domestika:
San Pawl il-Baħar: 489 każ
Mellieħa: 127 każ
Naxxar: 94 każ
Ferimenti waqt ġlied u argumenti:
San Pawl il-Baħar:  503 każi
Mellieħa: 70 każ
Naxxar: 65 każ
Nuqqas ta’ ħarsien tal-paċi pubblika:
San Pawl il-Baħar: 57 każ
Naxxar: 14-il każ
Mellieħa: 12-il każ
Il-Ministru Farrugia kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.