Mhux biss il-ħlas tal-politiċi imma wkoll ir-riforma tal-Parlament – AD

L-Alternattiva Demokratika tinnota li r-rapport dwar il-ħlas tal-politiċi mħejji mill-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-Kummissarju Elettorali Prinċipali jservi bħala bażi tajba għal diskussjoni.
L-Alternattiva qalet li d-diskussjoni m’għandhiex tkun biss fuq il-ħlas tal-politiċi imma wkoll fuq ir-riforma tal-Parlament.
Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola qal li bosta proposti li tressqu mill-Alternattiva sabu posthom f’dan ir-rapport.
Ġew indikati fost l-oħrajn, il-wegħda tal-Alternattiva għall-elezzjoni tal-2013 dwar il-ħtieġq li l-Parlament ikun wieħed full-time u li l-Parlament jiltaqa’ f’ħinijiet li ma jkunux skomdi għall-familji.
Id-Deputat Chairperson tal-Alternattiva, Carmel Cacopardo saħaq li huwa essenzjali li l-membri tal-Parlament jiddedikaw il-ħin kollu tagħhom għall-ħidma Parlamentari għax dan huwa l-uniku mod kif jistgħu jwettqu r-responsabbilità ewlenija, li jgħarblu l-ħidma tal-Gvern.