“Mhux biss ħabbejt lili, iżda l-familja tiegħi u l-gżira tagħna” – Charles lil Ron

Anniversarju speċjali għall-koppja Charles u Ron li llum qed jiċċelebraw għeluq it-28 sena minn mindu bdew ir-relazzjoni tagħhom u 5 snin mill-unjoni ċivili tagħhom.

Id-disinjaturi magħrufa bdew il-ġurnata billi permezz tal-paġni rispettivi tagħhom qasmu l-memorji tagħhom b’Ron itella’ filmat qasir ta’ sfilata sorpriża waqt il-jum li hu u Charles iżżewġu.

Surprise fashion show ! Fab Fab Fab Charles Borg Ron Van Maarschalkerweerd

Posted by Peter Carbonaro on Saturday, June 13, 2015

Charles min-naħa tiegħu esprima l-emozzjonijiet tiegħu permezz ta’ kitba dedikata lil Ron fejn qal li qatt ma kien ħolom li kien se jiltaqa’ ma’ ġuvni perfett mill-Olanda li kien se jiġi f’Malta wara 10 xhur.

“Int ħabbejt mhux biss lili, iżda lill-familja tiegħi u l-gżira tagħna. Int tassew inspirazzjoni,” kitiblu waqt li ddeskriva lil Ron bħala persuna li jaħdem ħafna u li ma jaqta’ qalbu qatt.

Charles qal li ħafna huma dawk li jistaqsuhom x’inhi r-riċetta biex baqgħu flimkien għal daqstant snin.

“Argument ta’ 5 minuti u mħabba bla qies,” temm jgħid.

Nawguraw lil Charles u Ron ġurnata mill-isbaħ u ħafna aktar snin ta’ mħabba u suċċessi.