“Mhux biss atleta eċċezzjonali” – Xandru Grech isellem il-memorja ta’ Donato Sabia

Ritratt: Facebook/DonatoSabia

Xandru Grech illum sellem il-memorja tal-atleta Donato Sabia li skont l-aħbarijiet miet kmieni llum fl-età ta’ 56 sena minħabba f’kumplikazzjonijiet mill-CONVID-19.

Donato kien darbtejn finalist fl-Olimpjadi fl-1984 u l-1988. Huwa kien rikoverat fit-taqsmina tal-kura intensiva tal-isptar San Karlu ta’ Potenza, fir-reġjun tan-nofsinhar Taljan ta’ Basilicata.

Ritratt:Facebook/DonatoSabia

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Xandru Grech sellem il-memorja ta’ dan l-atleta.

“Għadni kemm smajt l-aħbar traġika. Ma nistax nemmen. L-eks kowċ tiegħi, ħabib u mentor tilef il-battalja tiegħu kontra l-COVID-19. Normalment ma noqgħodx nikteb b’mod pubbliku iżda rrid ngħid lid-dinja li Donato kien bniedem tal-għaġeb. Donato Sabia ma kienx biss atleta eċċezzjonali u detentur tar-rekord dinji, iżda wieħed mill-aqwa bnedmin li qatt iltqajt magħhom. Għalkemm ma konnix niltaqgħu spiss, se nkun qed inħoss in-nuqqas tiegħek. Int dejjem tkun f’qalbi,” kiteb Grech waqt li bgħat it-tislijiet tiegħu lil mart Donato, Daniela u wliedhom.

Ritratt: Facebook/XandruGrech

Il-Federazzjoni Taljana tal-Atletika (Fidal) iddeskriviet lil Sabia li miet ilbieraħ bħaal atleta straordinarju iżda wkoll li kein persuna ġentili.