Filmat: “Mhux aħjar uff milli aħħ?” – Mario Micallef

ISMA l-appell importanti li qed jgħaddilek l-attur veteran Mario Micallef

Iebsa li ma tkompliex bil-ħajja movimentata, imma bħalissa hemm bżonn dan is-sagrifiċċju.Għall-ġid tiegħek u tal-għeżież tiegħek.

Posted by Covid19 Malta on Monday, March 30, 2020

Fil-paġna uffiċjali Covid19 Malta illum ittella’ appell mill-attur veteran Mario Micallef fejn hu qed jindirizza nies kbar fl-età.

Fl-appell tiegħu hu jgħid li dan hu żmien is-sagrifiċċji li rridu nfittxu ngħaddu minnu. Hu jgħid li hija iebsa u diffiċċli li ma tistax tara u tgħannaq lin-neputijiet, kif ukoll li nduru bejn l-istess erba’ ħitan.

“Iżda għall-ġid tiegħi u tal-għeżież tiegħi id-dar hekk hemm bżonn li jsir. Hemm is-servizzi kollha possibbli biex nibqgħu nirċievu l-affarijiet kollha possibbli. Agħmlu bħali u ibqgħu ġewwa,” ikompli jgħid hu.

Segwi l-appell tiegħu fil-filmat.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn