Mhux aċċettabbli li Muscat iwaħħal fil-ġenituri – PN

Il-Partit Nazzjonalista (PN) qal li mhux aċċettabbli li l-Gvern iwaħħal fil-ġenituri wara li naqas milli jippjana kif inhu xieraq it-trasport għall-istudenti. Dan qalu  fi stqarrija dwar in-nuqqas ta’ preparazzjoni min-naħa tal-Gvern biex jipprovdi trasport b’xejn lill-istudenti kif ukoll superviżjoni waqt il-vjaġġ.

Il-Partit Nazzjonalista qal li hemm aktar minn 800 student li għad m’għandhomx trasport biex imorru lejn l-iskola.  Il-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt intervista ma’ One Radio qal li dan hu t-tort tal-ġenituri għall-fatt li l-istudenti baqgħu mingħajr trasport, minħabba li ħallew għall-aħħar biex jirreġistraw l-uliedhom fl-iskema.

Fl-istqarrija, il-PN ħeġġeġ lill-Gvern biex jibda taħdidiet serji biex isib soluzzjoni għan-nuqqasijiet fis-sistema tat-trasport bla ħlas, u tant ieħor għas-superviżjoni tagħhom.

Il-Partit Laburista jgħid li lill-ġenituri ħallielhom eluf ta’ ewro fil-but.

Il-Partit Laburista qal li miljuni ta’ ewro se jibqgħu fil-bwiet tal-familji. Dan qalu fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista (PL). Il-PL qal li hemm aktar minn 70 operatur li ingħaqdu fil-ftehim biex ikun offrut is-servizz tat-trasport b’xejn.

Fl-istqarrija, qalu li eluf ta’ studenti bdew jibbenefikaw mil-lum mit-trasport b’xejn li pprovda l-Gvern.