“Mhuwiex sensiela ta’ ħafna wegħdiet li ma jistgħux jitwettqu” – Karmenu Vella

Fl-intervista tal-ġimgħa, Karmenu Vella jitkellem dwar il-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista, li tiegħu kien il-Koordinatur. Jiddikjara li mhuwiex sensiela ta’ wegħdi li ma jistgħux jitwettqu. Jgħid li, lil hinn minn politika tal-irkant, huwa dokument imfassal mis-soċjetà ċivili kollha u jirrifletti l-esiġenzi tal-lum. Fi kliemu, huwa manifest bi proposti realistiċi, b’wegħdi li jridu jitwettqu. Mistoqsi jwieġeb għaliex wara tħejjija ta’ tliet snin, il-manifest kien ippubblikat xahar wara ftuħ il-kampanja elettorali, Karmenu Vella wieġeb li l-partit għażel li jniedi l-programm ftit ftit jum wara jum.

Dwar is-separazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat, li l-Manifest Elettorali jidentifika wkoll xi proposti li jindirzzawha, Karmenu Vella jgħid li m’hemm xejn ħażin f’li hemm illum anki jekk hemm xi jsir f’ambitu ta’ rispett reċiproku.

Dwar liġi ta’ koabitazzjoni u addozzjoni tat-tfal, Vella qal li “flok infattru aħna, għandu jkun hemm Kunsill Konsultattiv li jiddeċiedi wara djalogu u parteċipazzjoni sħiħa mal-NGOs”.

Karmenu Vella jintalab iwieġeb kemm hu manifest elettorali kredibbli meta, jekk il-Partit Laburista jirbaħ il-Gvern, se jkun qed jimplimenta medja ta’ miżura kull jumejn. Suġġetti oħra mistħarrġa f’din l-intervista jinkludu l-bidliet fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, l-unjonijiet ċivili u x-xandir nazzjonali.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.