“Mhix bidla superfiċjali” – Joe Mizzi dwar il-WSC

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet dehra ġdida hekk kif illum nediet sit elettroniku u logo ġodda.
Dan sar waqt l-open day fil-bini tal-Korporazzjoni f’Ħal Luqa, fejn kien hemm numru ta’ avvenimenti għall-familja kollha, sabiex jgħarrfu lil kulħadd dwar l-immaniġġjar responsabbli mil-ilma, kif ukoll jagħtu ċans lil dawk interessati jaraw il-mod kif tiffunzjona.
Fi stqarrija l-Ministru għall-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi sostna li dan it-tibdil ma kienx wieħed superfiċjali iżda sar sabiex id-dehra tiġi tirrifletti l-importanza tal-ilma fil-ħajja ta’ kuljum.
Ritratt: DOI – Kevin Abela