M’hemmx urġenza – Speaker

DOI / SPK

Read in English.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’ruling qal li filwaqt li jaqsam mal-Kap tal-Oppożizzjoni t-tħassib tal-avvenimenti li seħħew matul il-ġurnata tal-lum fl-istess waqt jaħseb li m’hemmx urġenza għad-dibattitu filwaqt li kieku kellu jilqa’ t-talba tiegħu kien ifixkel l-investigazzjonijiet u l-proċess ġudizzjarju.

Għalhekk hu ċaħad t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex il-Parlament jaġġorna u fl-istess ħin jitlob ukoll lill-Prim Ministru biex jirreżenja.