‘M’hemmx tixrid tad-dmugħ’ – Phil Neville

Il-kowċ tat-tim Ingliż Phil Neville qal li l-plejers tiegħu ħallew qalbhom fil-grawnd waqt is-semi finali mit-Tazza tad-Dinja tan-nisa kontra l-Amerka. L-Ingliżi tilfu bl-iskor ta’ 2-1, bil-gowl ta’ Ellen White imħassar mill-VAR għax irriżulta li kienet offside u l-penalty tal-captain Steph Houghton jirnexxielha tilqgħu il-gowler Amerikana.

Neville qal li qalilhom li m’għandhomx għalfejn ixerdu dmugħ, irnexxielhom imissu qlub in-nies ta’ pajjiżhom. Din kienet it-tielet telfa f’semi finali f’turnew ewlieni. It-tim imissu jilgħab is-Sibt kontra t-tim li se jitlef mil-logħba l-oħra tas-semi finali.