M’hemmx staġuni għall-pandemija tal-coronavirus – il-WHO

REUTERS/Adnan Abidi

Read in English.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ddekriviet il-pandemija tal-Covid-19 bħala “imxija waħda kbira” u appellat għal attenzjoni u prevenzjoni akbar fis-Sajf hekk kif din l-infezzjoni mhix ssegwi t-tendenza tal-influwenza li żżid jew tmajna skont l-istaġuni.

Uffiċjali tal-WHO nsistew li ż-żieda ġdida f’każijiet tal-coronavirus f’postijiet bħal Ħong Kong ma kienux “mewġ”, xi ħaġa li setgħet tagħti l-impressjoni li dan il-vajrus kien lil hinn mill-kontroll tal-bniedem. Għall-kuntrarju, azzjoni serja u responsabbli setgħat tillimita t-tixrid tiegħu.

Margaret Harris, kelliema tal-WHO insistiet, waqt konferenza stampa virtwali minn Ġinevra: “Ninsabu fl-ewwel mewġa, u din se tkun mewġa waħda kbira. Kultant titla’ kultant tinżel. L-aqwa ħaġa li nistgħu nagħmlu hu li naraw kif se nbaxxuha kemm jista’ jkun.

Hija rreferiet għan-numri kbir ta’ każijiet fl-Istati Uniti minkejja li ninsabu fl-eqqel tas-sajf, u wissiet kontra attivitajiet tal-massa.

“In-nies għadha qed titkellem bl-istaġuni. Irridu nifhmu li dan hu vajrus ġdid li qed iġib ruħu b’mod differenti. Is-sajf problema wkoll. Dal-vajrus iħobb kull tip ta’ temp”.

Madankollu, Dr Harris esprimiet tħassib dwar il-koinċidenza bejn il-każijiet ta’ influwenza staġjonali fin-naħa t’isfel tad-dinja u l-każijiet tal-Covid-19, xi ħaġa li l-WHO kienet qed tħares kejha mill-qrib. S’issa ma jidhirx li kien hemm żieda partikolari fil-każijiet ta’ influwenza.

Madankollu, fid-dawl ta’ dan kollu, hija sostniet li fiċ-ċirkostanzi attwali kien ferm aktar importanti li wieħed jitlaqqam kontra l-influwenza.