“M’hemmx problemi, imma soluzzjonijiet” – Antoine ta’ 103

Read in English.

Hawks and tigers are Antoine Mifsud’s favourite animals while venomous reptiles are his greatest fears. Mifsud, one of the team presenting Kevin’s Drive time show shared with Newsbook.com.mt a few insights about his life.

Mifsud joined ‘103’ as it spreads love while educating and entertaining audiences.

Kevin’s Road Show, A Drive with Friends, is broadcast Monday to Friday between 4.00p.m. and 7.00p.m.

The full interview follows:

Newsbook.com.mt:  Kieku kellek tibdel ismek u kunjomok x’tagħżel?

Antoine: Għadni ma sibtx kunjom li jogħġobni u li jkun kompatibbli ma’ ismi.

Newsbook.com.mt: Liema annimal tassoċja miegħek u għaliex?

Antoine: Seqer u tigra, għax huma mexxejja naturali. Is-seqer jaħdem tajjeb ħafna fi gruppi, imma jaħdem aħjar indipendenti, għax hu spontanju u xi daqqiet anke impulsiv.

Newsbook.com.mt: Kulur favorit:

Antoine: L-aħmar, għax hu l-kulur tal-imħabba, il-passjoni u l-kunfidenza.

Newsbook.com.mt: Kwotazzjoni li ispiratek l-aktar:

Antoine: “M’hemmx problemi, imma soluzzjonijiet”. Ħajti hekk ngħixha. 

Newsbook.com.mt: Liema hu l-iktar Papa li nfluwenzak l-iktar f’ħajtek?

Antoine: Il-Papa Franġisku, għax fil-ġurnata ta’ kuljum tiegħu jagħmel dak li għallem Ġesù Kristu. Għamel bidliet tajbin fil-Knisja. 

Newsbook.com.mt: Min xiex tibża’ l-aktar?

Antoine: Mir-rettili velenużi għax joqtluk bil-gidma tagħhom. Jaqbduk mhux preparat meta tkun f’foresta. 

Newsbook.com.mt: Kanzunetta li tirritak l-aktar?

Antoine: Chihuahua. Meta ħarġet kienet tindaqq kullimkien u kulħadd ikantaha matul is-sajf li kienet ħarġet. Il-lirika saret irritanti.

Newsbook.com.mt: Oġġett li ma timmaġinakx tgħix mingħajru:

Antoine: Flixkun ilma kbir. Bl-ilma tista’ tgħix fuq xi gżira waħdek jew fid-deżert, u tista’ terġa’ timla l-flixkun jekk issib xi font tal-ilma. 

Newsbook.com.mt: Karriera li verament tixtieq jew somma flus?

Antoine: Bl-esperjenzi ta’ karriera li kelli, nagħżel somma flus biex ninvestihom fil-karriera li nħobb. Hekk ikolli n-negozju tiegħi, nagħmel il-karriera li nħobb u nirdoppja l-flus li nkun investejt.

Newsbook.com.mt: Għaliex 103?

Antoine: 103 għax inxerrdu l-imħabba lil kull min jismagħna. Nistgħu nibagħtu messaġġ edukattiv, filwaqt li nferrħu lin-nies bil-mużika u l-kumpanija tagħna. Nistgħu nressqu lin-nies eqreb lejn Alla billi naqsmu ma’ kulħadd l-esperjenzi spiritwali ta’ ħajjitna.