Mhemmx Maltin involuti fl-attakk terroristiku ta’ Boston

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ikkonferma li fil-ħin tal-isplużjoni waqt il-maratona f’Boston, ma kien hemm ebda ċittadin Malti.

Li hu ċert sa issa hu li f’dawn l-attakki mietu tliet persuni, fosthom tifel ta’ tminn snin.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella jikkundanna kull att terroristiku filwaqt li Malta tesprimi sogħba mal-vittmi f'dan l-attakk. 

Il-Ministru qal li ġrajja bħal din tkompli tenfasizza għaliex il-pajjiżi kollha għandhom jaħdmu  id f’id biex jiġġieldu t-terroriżmu. 

Qabbel it-terroriżmu ma’ xibka li għandha ħafna riżorsi u ħafna uċuh.