Read in English.
Ma kienx hemm każi ġodda ta’ coronavirus illum, wara 775 test li sar matul l-aħħar 24 siegħa. Bħalissa hemm 10 każi għadhom attivi.
Dan skont l-istatistika maħruġa fuq Facebook mill-paġna saħħa, li uriet ukoll li kien hemm pazjent li fieq.
It-total ta’ każi f’Malta huwa ta’ 673, b’654 li fiequ. Matul dawn ix-xhur, mietu 9 b’kawża ta’ COVID-19.