M’hemmx bżonn tixtri mutur, tista’ tuża dawn!

Minister for Transport, Infrastructure and Capital Projects presides over the launch of Ioscoot - a Malta Public Transport initiative Floriana park and ride

Għall-ewwel darba f’Malta tnieda s-servizz ta’ motorbike sharing bl-isem ta’ IOScoot.

Dan is-servizz se jkun introdott permezz t’40 mutur elettriku fil-Belt Valletta, l-Imsida, il-Gżira, Ta’ Sliema u San Ġiljan, bi pjan li s-servizz jiġi estiż għal postijiet oħra fi żmien erba’ snin.

Dan se jsir b’investiment privat ta’ €1.5 miljun.

Il-Ministru għat-trasport, Ian Borg faħħar dan l-investiment hekk kif din se tkun skema sostenibbli u favul l-ambjent. Huwa qal li dan se jgħin biex jitnaqqas it-traffiku fl-inħawi l-aktar milquta minn din il-problema.

Jorge Magana, il-Kap Eżekuttiv ta’ IOScoot, qal li se jkun hemm perjodu ta’ prova fejn min irid u min għandu l-liċenzja jista’ jipprova s-servizz mingħajr ħlas billi jirreġistra fuq is-sit elettroniku tal-kunpanija.

Il-perjodu ta’ prova fetaħ u għandu sat-12 t’ Awwissu 2018.

Ritratti: DOI Jeremy Wannacott