“M’hemmx bżonn permess ta’ żvilupp biex tqaċċat siġra” – PA

Kelliem għall-Awtorità tal-Ippjanar qal li ma hemm bżonn tal-ebda permess ta’ żvilupp biex isir tqaċċit ta’ xi siġar.

Huwa qal dan fi tweġiba li ta lil Newsbook.com.mt b’reazzjoni għall-filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali jumejn ilu li fih siġra tal-ħarruba anzjana tidher qed titqaċċat minn postha f’Birkirkara.  Il-kelliem sostna li l-permess li huwa meħtieġ f’dawn il-każijiet, joħroġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi l-ERA.

Kompla jispjega li dan il-permess tal-ERA huwa biss meħtieġ jekk is-siġar in kwistjoni jkunu protetti skont il-liġijiet relattivi.

Intant Newsbook.com.mt għadu wkoll qed jistenna tweġibiet dwar l-istess każ mill-ERA fejn ġejna infurmati li l-ERA ħadet nota tal-mistoqsijiet u li se twieġeb għalihom.