“M’hemmx bżonn lockdown ta’ New York” – Trump

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal is-Sibt li kien se joħroġ avviż dwar l-ivjaġġar lejn iż-żona ta’ New York l-aktar milquta mill-coronavirus. B’hekk hu mar kontra dak li kien qal ftit tal-ħin qabel dwar li kien se jaqta’ lir-reġjun għalih.

“Kwarantina mhux se tkun neċessarja,” qal Trump fuq Twitter.

L-aħbar ta’ Trump ġiet wara li l-Istati Uniti qabżu l-2,100 mewta b’rabta mal-istess virus. L-għadd ta’ mwiet irdoppja minn jumejn qabel. L-Istati Uniti issa għandha aktar minn 122,000 każ tal-virus fil-pajjiż.

Minkejja li l-virus tfaċċa fl-Istati Uniti lejn l-aħħar ta’ Jannar, Trump kien maqsum bejn li jtaffi mill-gravità tal-virus u jħeġġeġ lill-Amerikani sabiex jieħdu l-passi neċessarji biex jikkalmaw il-firxa tal-virus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn