M’hemmx bżonn kwarantina għal min jirritorna r-Renju Unit

FILE PHOTO: UK Border control is seen in Terminal 2 at Heathrow Airport in London June 4, 2014. REUTERS/Neil Hall

Mis-6 ta’ Lulju, persuni fir-Renju Unit se jkunu jistgħu jsiefru f’pajjiżi fl-Ewropa. Dawn il-persuni mhux se jkunu obbligati li jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina wara li jirritornaw fil-pajjż.

Il-pajjiżi kkonfermati s’issa huma Spanja, Franza, il-Greċja, l-Italja, n-Netherlands, il-Finlandja, il-Belġju, it-Turkija, il-Ġermanja u n-Norveġja. Dan ma japplikax għal nies li se jkunu qed jirritornaw mill-Portugall u mill-Iżvezja. Ir-Renju Unit se jkun qed jippubblika l-lista kollha ta’ pajjiżi li wieħed jista’ jirritorna mingħajr ma jagħmel kwarantina l-ġimgħa d-dieħla.

Kelliem għall-Gvern qal li li dawn ir-regoli ġodda se jagħtu l-opportunità li wieħed imur għal vaganza barra mir-Renju Unit kif ukoll tgħin biex l-ekonomija tar-Renju Unit terġa’ tibda tieħu l-ħajja. Kompla li huma se jkunu qed janalizzaw dak li se jkun qiegħed jiġri b’dawn il-miżuri u mhux se jeskludu li jreġġgħu lura din id-deċiżjoni.