​M’hemmx bżonn ċertifikat blu jekk timrad sa 3 ijiem

Il-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali ħabbar li b’effett immedjat, persuna m’għandhiex għalfejn tissottometti aktar l-oriġinal taċ-ċertifikat il-blu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’każijiet fejn il-perjodu ta’ inkapaċità mix-xogħol huwa ta’ tlett ijiem jew anqas.
Fi stqarrija, il-Ministeru spjega li ċertifikazzjoni ta’ mard ta’ tlett ijiem jew anqas ma jikkostittwix talba għall-benefiċċju tal-mard u għaldaqstant dawn iċ-ċertifikati ma jridux jiġu pproċessati.
Il-Ministeru qal li qed ikun ittamat li permezz ta’ din il-miżura se jitnaqqas l-iskariġġ tal-pubbliku.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali avża li jekk min iħaddem jitlob li jkollu kopja taċ-ċertifikat mediku, dan xorta irid jibqa’ jingħata lilu mill-impjegat.