M’hemmx biżżejjed evidenza li serqet lil nannitha – Il-Qorti

Arrestati 2 persuni jisirqu ATM

Il-Qorti ddeċidiet li ma kienx hemm biżejjed evidenza sabiex issib tfajla ta’ 21 sena ħatja li serqet flus mingħand in-nanna tagħha. Il-Qorti sostniet li l-allegazzjonijiet fil-konfront tat-tfajla ma setgħux jiġi ppruvati u kienu biss dubji ta’ ommha u nannitha.

Jidher li l-qraba tat-tfajla rrapurtawha lill-pulizija wara li skoprew li €800 li kienu ġew depożitati fil-kont tal-bank tan-nanna spiċċaw niżlu għal €5. Intant, dawn mill-ewwel issuspettaw li kienet it-tfajla li serqet lin-nanna waqt li kienet ħarġet iddur xi ħwienet magħha. Omm l-akkużata kien ġiha suspett f’bintha għax qalet li din kienet qed tgħix fil-Ħamrun, l-istess lokalità minn fejn il-flus inħarġu mill-karta bankarja permezz ta’ ATM.

Għaldaqstant il-Qorti ma kinitx konvinta mill-argumenti ppreżentati mill-qraba tal-akkużati fejn sostniet li l-omm u n-nanna kienu biex qed jassumu u jispekulaw dwar x’seta’ ġara u ma kienx hemm evidenza ċara jew xi tip ta’ filmati tas-sigurtà. Għaldaqstant, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella ddeċidiet li l-akkużi ma setgħux jiġu ppruvati u għaldaqstant ħelset lit-tfajla minn kull akkuża.