M’hemmx bażi biex jitneħħa l-Ispettur Arnaud

Read in English.

Il-Korp tal-Pulizija qal li m’hemm l-ebda bażi biex l-Ispettur Keith Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Dan wara li ġie rrappurtat fil-midja li Yorgen Fenech, talab li jitneħħa l-Ispettur Arnaud mill-investigazzjoni, minħabba li possibilment kien qed jgħaddi informazzjoni lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet ukoll li mhux se jitneħħa minħabba r-riżultati li nkisbu s’issa u li ilu mill-bidu jmexxi din l-investigazzjoni, bl-assistenza tal-Europol, li għadhom sal-ġurnata tal-lum involuti attivament fl-investigazzjoni.