“M’hemm xejn ħażin li ġurnalisti jistaqsu lill-ġudikanti” – IĠM

Read in English.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qal fi stqarrija li l-ġurnalisti għandhom kull dritt li jibgħatu mistoqsijiet lill-ġudikatura.

Dan wara kummenti tal-Prim Imħallef fid-diskors tiegħu fil-ftuħ tas-sena forensi fejn semma li minn żmien għal żmien is-Segretarjat tiegħu jirċievi mistoqsijiet li ma jkunux jistgħu jiġu mwieġba.

AQRA: “Il-ġudikatura bi tradizzjoni tajba u l-Kumitat dwar l-ħatriet mhux rubber stamp”

L-Istitut qal li għalkemm hemm il-Kodiċi ta’ Etika għall-Maġistrati u l-Imħallfin, il-ġurnalisti ma jagħmlu xejn ħażin jekk jibgħatu l-mistoqsijiet tagħhom. Dan spjegawh anke fid-dawl tal-fatt li l-Qrati u l-ġudikatura Maltija m’għandhomx dipartimenti tal-midja u l-komunikazzjoni. Stqarrew ukoll li fil-ġurnata tal-lum, dipartiment bħal dan huwa essenzjali għal kull entità u organizzazzjoni.