“M’hemm xejn fil-proġett tal-flyover li jiġġustifika aktar qerda ta’ art agrikola”- Sant

Read in English.

“Nemmen issa wara li flejt dak li kelli nifli, li l-protesti kontra l-proġett tal-flyover fl-Imrieħel huma ġustifikati bil-kbir,” sostna l-Membru Parlamentari Laburista, Alfred Sant f’post fuq Facebook, l-Erbgħa filgħodu.

Ix-xahar l-ieħor, il-ħabib tiegħi l-ministru Ian Borg tana l-parir biex qabel niġġudikaw dwar il-proġett ta’ flyover li…

Posted by Alfred Sant on Tuesday, January 12, 2021

Il-bdiewa u r-residenti Qriema huma kontra dan il-proġett, deskritt mill-NGO Moviment Graffiitti bħala misterjuż imfassal mill-aġenżija statali Infrastructure Malta.

F’Diċembru, r-residenti Qriema u NGOs qalu, waqt konferenza tal-aħbarijiet, li l-proġett, flyover ġdida fil-bypass tal-Imrieħel, se jikkawża t-teħid ta’ aktar minn 20 tomna ta’ raba’ maħduma u se jeqred l-attività tal-biedja fiż-żona.

Fil-post tiegħu fuq Facebook, l-MEP Alfred Sant qal li ma jara l-ebda value added serju fil-proposta tal-flyover, ħlief forsi xi darba għall-promoturi tat-torrijiet tal-Imrieħel. Sant qal m’hemm xejn li fil-proġett jiġġustifika aktar qerda ta’ art agrikola f’waħda mill-aktar żoni għammiela ta’ Malta.

“Ma rridx nemmen li dik hi r-raġuni kollha wara l-proposta. Min-naħa l-oħra, anke dwar kemm il-flyover jista’ jgħinhom ninsab dubjuż,” kiteb l-MEP.

Fil-post Sant semma’ kif ix-xahar l-ieħor, “il-ħabib tiegħu” l-Ministru Ian Borg ta l-parir biex qabel niġġudikaw dwar il-proġett ta’ flyover li Infrastructure Malta qed tħejji għall-Imrieħel nistennew li joħroġ il-pjan dwar il-proġett, nifluh u nerġgħu nitkellmu.

Alfred Sant kompla jikteb li “lil dawn it-talin, l-aħjar “għajnuna” li tista tagħtihom hu billi tħoll it-taħwid li dejjem baqa’ sejjer fil-mod kif iż-żona industrijali tal-Imrieħel hi organizzata u mmexxija.”

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn