M’hemm l-ebda problema li jibqgħu jintużaw il-palm readers – Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament li m’hemm l-ebda problema li jibqgħu jintużaw is-sistemi tal-palm readers fuq il-post tax-xogħol f’dan iż-żmien. Qal iżda li jrid ikun hemm xi kundizzjonijiet.

Fearne qal dan hu u jwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari tal-MP Nazzjonalista Edwin Vassallo. Hu staqsa jekk l-użu tas-sistema tal-palm readers fuq il-post tax-xogħol, f’dawn iż-żminijiet, hix ġustifikata jew le b’rabta mal-coronavirus.

Il-Ministru Fearne qal li l-parir tas-Superintendent għas-Saħħa Pubblika hu li m’hemm l-ebda problema li jibqgħu jintużaw il-palm readers. Qal iżda li l-impjegati jridu jingħataw il-faċilità ta’ iġene tal-idejn effettiva maġenb il-palm reader.