Bħalissa m’hemm l-ebda Ministru li jinsab pożittiv għall-coronavirus. Dan ikkonfermatu ma’ Newsbook.com.mt kelliema mill-Ministeru għas-Saħħa.
Newsbook.com.mt staqsa lill-Ministeru għas-Saħħa dwar jekk hux minnu li kien hemm xi Ministri li huma pożittivi għall-coronavirus. Dan wara għajdut li beda jdur fuq il-midja soċjali lbieraħ.
Mgħarrfa b’dan l-għajdut, il-kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa kkonfermat ma’ dan il-ġurnal li dak kien biss għajdut għax m’hemm l-ebda Ministru li bħalissa jinsab pożittiv għall-virus.
Propju fis-sigħat li ġejjin se jkun qed jitħabba il-baġit għall-2021.
Intant illum instabu total ta’ 109 każi ġodda ta’ coronavirus f’Malta.