“M’hemm ħadd min jitma’ l-qtates” – Moira

Ritratt: Facebook/MoiraDelia

Il-preżentatriċi Moira Delia li tippreżenta l-programm Animal Diaries fuq TVM kull nhar ta’ Sibt għamlet sejħa għal għajnuna permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook.

Hi stqarret li ġiet avviċinata minn persuna li kien qed jieħu ħsieb 10 qtates msewwija li hemm fir-reverse osmosis ta’ Pembroke. Iżda issa li dan il-persuna mhux qed jagħmel aktar xogħol hemmhemm, ġibdilha l-attenzjoni li ma hemm ħadd min jitma’ lil dawn il-qtates.

Ritratt: Facebook/MoiraDelia

L-appell ta’ Moira huwa biex forsi jkun hemm min hu mdorri jitma’ l-qtates fin-naħa ta’ Pembroke biex jieħu ħsieb, jew inkella oħrajn li jħobbu l-annimali biex ixerrdu t-talba tagħha ħalli b’hekk forsi jkun hemm min jieħu l-inizjattiva biex jagħti daqqa t’id u jitma’ lil dawn il-qtates.

Intant, fil-programm tal-lejla ta’ Animal Diaries, Moira Delia se tkun qed tindirizza diversi problemi, fosthom il-moħqrija fuq l-annimali u x’qed isir bir-rapporti li qed isiru, kif ukoll l-istati li jinsabu l-klieb fl-Għammieri.

Animal Diaries jixxandar fuq TVM fis-7pm.