MH370: Min jaf għadx jinstab?

It-tfittxija għall-ajruplan tal-Malysian airline,li għeb tliet snin ilu, ġiet sospiża.
Fi stqarrija ngħad li t-tfittxija ġiet sospiża wara li tfittxijiet f’aktar minn 120,000 kilometru kwadru, madwar l-Oċean Indjan ma taw ebda frott.
Il-familjari tal-vittmi iddiskrivew din id-deċiżjoni bħala waħda irresponsabbli.
Fuq l-ajruplan kien hemm 239 pesuna, 227 passiġġier u 12-il membru tal-ekwipaġġ. Il-maġġoranza, 153 persuna kienu Ċiniżi.
It-tijira MH370 għebet fix-xejn waqt il-vjaġġ tagħha bejn Beijing għal Kuala Lumpur, fl-2014.
Sa issa nstabu biss seba’ biċċiet li huma maħsbua li huma tal-ajruplan Boeing 777.
Rapport li sar xahrejn ilu qal li aktarx l-ajurplan tela’ u niżel f’daqqa b’velocità qawwija fl-Oċean Indjan.
Fi stqarrija konġunta bejn l-Awstralja, iċ-Ċina u l-Malsja,  li saret illum intqal li sa issa ma kien hemm ebda skoperta li tista’ titfa’ ftit dawl fuq il-post fejn qiegħed l-ajruplan.
Intqal ukoll li t-tliet pajjiżi għandhom qalbhom qawwija li xi darba jinstab l-ajruplan.