MH370: Familja ta’ passiġġier tiftaħ kawża kontra l-gvern Malasjan

Il-familja ta’ wieħed mill-passiġġieri li kien abbord l-ajruplan tal-Malaysia Airlines, fetħet kawża kontra l-gvern Malasjan u anke lil-linja tal-ajru minħabba negliġenza. 
Iż-żewġt itfal ta’ Jee Jing Hang, wieħed mill-passiġġieri abbord it-titjira MH370 mistennija jitlob somma flus għad-danni li sarulhom.
Sa issa għadha mhix magħrufa kemm se tkun it-talba.
L-ajruplan tal-Malaysia Airlines sparixxa fit-8 ta’ Marzu li għadda wara li telaq mill-ajruport ta’ Kuala Lampur b’239 persuna abbord.
Minn dakinhar sal-lum ħadd ma sema' aktar b'aħbaru.