MH17: Rakkonti ta’ x’ġara qabel it-titjira

Fil-paġna ta’ Facebook ‘A Fly Guy’s Cabin Crew’ hemm rakkonti tal-ħaddiema tal-Malaysia Airlines li għamlu ċ-check-in tal-passiġġieri fuq it-titjira MH17.
Fost in-nies li jissemmew fir-rakkont hemm: 
Żewġ sapporters tal-futbol li xtaqu jpoġġu ħdejn xulxin.
Familja ta’ sitta’ li kellhom 10 bagalji, u li fl-aħħar kienu sejrin lura d-dar, bit-tfal jistaqsu meta se jerġgħu jaraw l-affarijiet tagħhom.
Il-ħaddiema tal-ekwipaġġ li sellmu wkoll qabel ma’ ħallew il-bagalji tagħhom.
Raġel bit-tir li se jibda ħajtu fil-Malasja.
Neputijiet flimkien man-nannu tagħhom, eċitati għall-ewwel vjaġġ tagħhom.
Passiġġier jistaqsi jekk għandux ċans jixtri xi ħaġa qabel it-titjira.
Ħaddiem jgħin mara anzjana tieħu posta fuq it-titjira. L-anzjana qalet li isimha kien viċin l-isem tat-tifel tal-ħaddiem, u li se tibqa’ tiftakru.
Mara li kienet se tivjaġġa mar-raġel tagħha u m’ommha, tistqasiha għandix bżonn tmur sal-kamra tal-banju.
Koppja sejrin għall-qamar il-għasel.
Raġel sejjer għall-funeral t’ommu.
Wieħed mill-ħaddiema tal-Malaysia Airlines sejjer fuq btala mal-familja tiegħu.
Il-ħaddiema fuq l-art isellmu lill-ħaddiema tal-ekwipaġġ u lill-passiġġieri qabel ma għalqu l-bieb.
298 persuna kienu abbord din it-titjira.