MH17: Mitt passiġġier kienu sejrin konferenza dwar l-AIDS

Mitt passiġġier li kienu abbord l-ajruplan MH17 kienu esperti u tobba, fi triqithom lejn konferenza internazzjonali dwar l-AIDS f’Melbourne, l-Awstralja.
Din kienet l-20 edizzjoni tal-konferenza. Wieħed mill-vittmi kien il-Professur Joep Lange l-eks president tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-AIDS, missier ta’ ħamest itfal.
Il-kollegi tiegħu ddeskrivewh bħala bniedem li ħadem ħafna fil-qasam tal-mard tal-AIDS. 
Mietu 298 persuna waqt il-kraxx tal-ajruplan tal-Malaysian Airlines bejn l-Ukraina u r-Russja.