MH17: Il-mejta jitilgħu għal 298 persuna

Telgħu għal 298, il-persuni li mietu waqt  il-kraxx tal-ajruplan tal- Malaysian Airlines bejn l-Ukraina u r-Russja.
Jidher li l-Boeing 777 twaqqa’ mis-separatisti Russi fuq art Ukrena, viċin il-fruntiera mar-Russja waqt ittestjar ta’ missili.
It-titjira telqet minn Amsterdam lejn Kuala Lumpur b’283 persuna abbord u 15-il membru tal-ekwipaġġ. 
Il-bdoti tilfu l-kontroll tal-ajruplan meta kienu 50 kilometru ‘il bogħod milli jidħlu fl-ispazju tal-ajru tar-Russja.  It-traġedja ġrat fir-reġjun ta’ Shiaktiorsk, 40 kilometru fil-lvant ta’ Donetsk, żona li bħalissa hi magħrufa għall-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi.
Abbord it-titjira MH17 kien hemm 154 Olandiż, 27 Awstraljan, 43 Malażjan, 12-il Indoneżjani u 9 Ingliżi.
Il-Prim Ministru Mależjan iddeskriva s-sena 2014 bħala sena diżastruża għall-pajjiż. F’Marzu li għadda ajruplan tal-Malaysian Airlines għeb b’239 persuna abbord u sal-lum ħadd għadu ma jaf x’sar minnhom.