MH17: Cameron u Kerry jikkundannaw ir-Russja

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qed jenfasizza l-urġenza għal aktar sanzjonijiet kontra r-Russja dwar ir-risposta b’referenza mal-inċident tal-Malaysia Airlines fl-Ukraina.
Fuq it-titjira kien hemm 10 passiġġieri mir-Renju Unit.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry ukoll ikkundanna lir-Russja u qal li l-pajjiż għandu jieħu responsabbiltà għall-inċident.
Il-298 passiġġier fuq it-titjira MH17 mietu nhar il-Ħamis li għadda, wara li missila laqtet l-ajruplan, f’żona kkontrollata mir-ribelli.