“M’għandi l-ebda ħsieb li nirtira” – Maggie Smith

Dame Maggie Smith lbieraħ għalqet 85 sena u minkejja l-età tagħha qalet li m’għandha l-ebda ħsieb li tirtira. Fil-fatt, l-attriċi rebbieħa ta’ żewġ Oscars għall-films The Prime of Miss Jean Brodie u California Suite, se nkunu qed narawha fiċ-ċinema s-sena d-dieħla fil-film A Boy Named Christmas.

Smith bdiet il-karriera tagħha meta kellha 17-il sena. Fl-aħħar snin kisbet suċċessi kbar bil-films ta’ Harry Potter u permezz tas-sensiela Downton Abbey.

Smith ma xtaqitx taħdem fil-film ta’ din is-sensiela iżda finalment aċċettat u ġiet imfaħħra għall-interpretazzjoni tagħha.

Fl-1990, Smith ingħatat ukoll it-titlu ta’ Dame.

Fost il-films ta’ suċċess li rajniha fihom insibu Othello, A Room With A View u Gosford Park.