M’għandekx tiċċekkja l-mowbajl kull filgħodu

Li tiċċekkja il-mowbajl l-ewwel ħaġa kif tqum filgħodu tista’ twassal għal nuqqas ta’ kuntentizza.
Dan għaliex filwaqt li din id-drawwa hija normali, tista’ twassal li wieħed jqum bil-ħsieb ta’ “xi tlift mill-bieraħ l’hawn”, minflok jiffoka fuq il-ġurnata li qed tistennih.
Dan jgħidu Tristan Harris, li kien impjegat mal-Google u li studja kif it-teknoloġija tapprofitta ruħha mid-djufijiet tal-moħħ, sabiex iġġiegħlek tibqa’ f’kuntatt kostanti magħha. 
Harris ikkumpara lid-diżinjaturi tat-tekonoloġija ma’ prattikant tal-maġija, li juża d-difetti tal-perċessjoni tal-bniedem, biex ikun jista’ jinfluwenzah.
Huwa jgħid li jekk wieħed jagħti l-poter lit-teknoloġija, tista’ tikkontrolla l-esperjenzi tal-bniedem iktar milli wieħed jirrejalizza.