Mgħajra dgħajfa għax l-għarus għandu kundizzjoni mentali

Facebook - Karin Cassar

Karin Cassar ġiet mgħajra dgħajfa għax l-għarus tagħha għandu l-kundizzjoni mentali tal-iskrisofrenija. Fuq il-paġna personali tagħha Karin spjegat li meta staqsiet lil din il-persuna għala taħseb li hija dgħajfa qaltilha li qiegħda tgħid il-fatti kif inhuma. Żiedet li billi persuana qiegħda f’relazzjoni ma’ xi ħadd li għandu kundizzjoni mentali ma jfissirx li l-persuna hija dgħajfa.

Dan il-kumment sar minn persuna li għandha l-istess età ta’ Karin u stqarret li jekk wieħed gġadu jrid jgħallem persuni li għadhom żgħar fuq is-saħħa mentali mela t-triq dwar dan is-suġġett għadha twila ħafna.

Karin spjegat li l-għarus tagħha Matthew jitkellem fuq is-saħħa mentali f’diversi skejjel u jwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ kulħadd rigward dan is-suġġett. Kompliet li flimkien għaddew minn mumenti diffiċli kemm dawk li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa mentali u oħrajn li m’għandhomx. Karin qalet li “nista’ ngħid ħafna affarijiet fuqek; żgur li m’intix dgħajjef.”

“Jekk għandkom kundizzjoni ta’ saħħa mentali ma jfissirx li intom dgħajfa,” temmet il-messaġġ tagħha Karin. Hija żiedet li dawk il-persuni li jieħdu ħsieb persuni li għandhom kundizzjoni ta’ saħħa mentali mhumiex dgħajfa lanqas anzi huma ta’ min jammirhom.