Iż-żagħżugħ li baqa’ dieħel f’siġra joħroġ mill-ITU wara xahar

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena li baqa’ dieħel bil-karozza f’siġra fil-Furjana ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva wara xahar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15 ta’ filgħodu fil-5 ta’ Diċembru meta ż-żagħżugħ minn San Pawl il-Baħar kien qed isuq karozza fid-direzzjoni tal-Blata l-Bajda.
Hu nħareġ mill-karozza mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u t-tim mediku mill-Isptar Mater Dei.