Mexxejja tal-Knisja fl-Afrika jingħaqdu kontra t-terroriżmu

Membri tal-Konferenza Episkopali tal-Afrika tal-Lvant determinati li jirbħu kontra t-terroriżmu

Membri tal-Konferenza Episkopali Reġjonali tal-Afrika tal-Punent fi stqarrija li ħarġu flimkien intrabtu li jaħdmu flimkien biex jikkumbattu t-terroriżmu u jiftħu t-triq għall-paċi fir-reġjun. Huma qed isejjħu għall-għaqda biex jiġġieldu kontra l-vjolenza kontra l-insara u l-komunitajiet fir-reġjun u jibnu soċjetà paċifika.

Il-Burkina Faso u n-Niger, bħalissa għaddejjin minn mewġa ta’ attakki mill-Jihad kontra l-Kattoliċi li fihom inqatlu ħafna nies u numru ta’ knejjes u simboli Kattoliċi sfaw imfarrka u desagrati.

Fl-aħħar ġimgħa biss, mill-anqas għaxar persuni fosthom qassis inqatlu f’attkki kontra l-Kattoliċi fil-Burkina Faso filwaqt li saċerdot ieħor safa ferut fil-parroċċa tiegħu fin-Niger, qrib il-fruntiera ma’ Burkina Faso.

L-Isqfijiet li qed jiltaqgħu f’Ouagadougou għat-tielet Assemblea Plenarja tagħhom qalu li “f’sinerġija flimkien jistgħu jirbħu kontra l-vjolenza u l-poplu joħroġ rebbieħ”.

Nirbħu l-vjolenza

It-tema tas-sessjoni plenarja kienet “Evanġeliżazzjoni ġdida u l-Iżvilupp Integrali Uman fil-Knisja”. Madankollu l-problema tal-vjolenza kontra l-insara ħadet importnza kbira tul il-konferenza.

L-Arċisqof ta’ Ouagadoungour filwaqt li nnota l-preżenza ta’ diversi Isqfijiet għal-laqgħa minkejja l-klima ta’ nuqqas ta’ sigurtà, qal li l-preżenza tal-Isqfijiet tal-knejjes tixhed is-solidarjetà kbira bejn il-komunitajiet tal-Afrika tal-Punent u l-bqija tad-dinja. “Il-Mulej jinsab hawn magħna, u se nirbħu”.

Il-kontribut tal-Knisja għall-paċi

Fil-laqgħa kienu preżenti wkoll xi awtoritajiet ċivili. Rappreżentant tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent faħħar lill-Knisja u l-ħidma tagħha li tikkontribwixxi għall-paċi u l-koeżjoni soċjali.

Hu qal li “l-isforz tal-Knisja hu aktar u aktar meħtieġ għax kif qal il-President ta’ Burkino Faso wara l-attakki riċenti li seħħew f’pajjiżu, it-terroristi qed jippruvaw irewwħu kunflitti bejn il-muniċipalitajiet fil-pajjiż u issa anke bejn ir-reliġjonijiet”.

Żied jgħid li kien hemm insara li nqatlu minħabba l-fidi tagħhom u għall-ebda raġuni oħra u dawn inqatlu min-nies li la għandhom morali u anqas etika.