Mexxejja tal-Ewropa Ċentrali se jiltaqgħu f’summit b’emerġenza

Mexxejja tal-Ewropa ċentrali fosthom il-Ġermanja, l-Awstrija, l-Ungerija u l-Maċedonja se jiltaqgħu f’summit b’emerġenza biex jiddiskutu l-kriżi tal-imigrazzjoni.
Ħafna għadhom fi triqthom biex isibu post aħjar fl-Ewropa ċentrali bil-kriżi tkun li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ma jifilhux iktar għall-ammonti kbar ta’ persuni li qed isibu rifuġju f’dawn il-pajjiżi.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li “Kull ġurnata tgħodd”.
Jekk ma jintlaħaqx qbil, kompla jgħid li “dalwaqt nibdew naraw familji fix-xmajjar kiesħa jisparixxu”.
Mexxejja mill-Awstrija, l-Bulgarija, l-Kroazja, l-Maċedonja, l-Ġermanja, l-Greċja, l-Ungerija, r-Rumanija, s-Serbja u s-Slovenja se jipparteċipaw f’dan is-Summit.
L-ewwel dokument li se jiddiskutu se jkun dak li qed jipproponi movimenti kkontrolati tan-nies mar-rotta tal-immigrazzjoni.
Dan id-dokument qed jipproponi li tiżdied is-sigurtà mal-fruntiera tal-Greċja u li l-Unjoni Ewropea tibgħat aktar suldati fis-Slovenja.