Mexxejja ta’ reliġjonijiet differenti fi djalogu għall-paċi

Mexxejja ta’ reliġjonijiet differenti pparteċipaw fi djalogu innovattiv fil-Latvija, li qed jissejjaħ bħala l-ewwel djalogu ta’ skritturi permezz tal-Alleanza Dinjija għall-Paċi.
F’dan id-djalogu, bit-tema Id-Definizzjoni tal-Paċi vera skont l-Iskrittura, bil-għan li ġġib dawl ta’ paċi fil-pajjiżi Baltiċi, ipparteċipaw il-mexxejja tal-Induwiżmu, tal-Luteran, il-Buddiżmu, il-Kristjaneżmu u l-Iżlam.
Fil-preżentazzjonijiet tagħhom, il-mexxejja reliġjużi enfasizzaw dwar l-irwol importanti tal-mexxej reliġjuż li jistabbilixxi l-paċi.
Il-messaġġi tagħhom wasslu għall-iffirmar ta’ ftehim ta’ paċi, fejn wegħdu lil xulxin li jibqgħu jiltaqgħu biex jaħdmu għall-paċi.
Saħqu li d-djalogu tal-paċi ma jintemmx biss bl-għarfien tas-suġġett, imma jinkoraġġixxi lill-mexxejja reliġjużi biex jaħdmu bis-sħiħ biex jilħqu għan komuni – il-paċi fid-dinja.
Id-dibattitu ġie organizzat mill-Heavenly Culture, World Peace, Restoration of Light (HWPL), għaqda mhux governattiva internazzjonali li taħdem biex tifrex il-paċi b’entużjażmu u b’mod sistematiku madwar id-dinja.