Mexxejja ta’ ħila politika jiġu u jmorru; il-prinċipji le – Bartolo

Read in English.

Il-Ministru Evarist Bartolo qal li mexxejja ta’ ħila politika jiġu u jmorru iżda li l-prinċipji li fuqhom huwa mibni il-Partit Laburista ma jinbidlux.

Bartolo qal dan fuq Facebook, f’post ieħor minn sensiela ta’ kummenti li għadda f’dawn l-aħħar jiem.

Bartolo awgura lil dawk li se jkunu qed jikkontestaw il-pożizzjoni ta’ mexxej tal-PL.

“Jibqgħu dejjem fejn huma sakemm il-kotra tibqa’ kotra, dejjem lesti biex meta jasal il-waqt, jinbena u jitwaqqaf fuqhom il-partit li jiġbor lil kulħadd miegħu, il-partit tal-futur, il-partit tal-kotra, il-partit li l-għajta tiegħu tkun: Ħobż, xogħol, u tagħlim għal kollu kemm hu l-ħaddiem!”

Nawgura lil dawk li se jkunu qed jidhlu ghar-responsabbilta` sabiha u difficli tat-tmexxija l-gdida tal-Partit Labrista…

Posted by Evarist Bartolo on Friday, December 6, 2019

Bartolo qal ukoll li min qed jakkuża lill-President George Vella li messu jagħmel iżjed milli għamel fil-kriżi preżenti huwa skorrett.

“Qed jaghmel dak kollu li tippermettilu l-Kostituzzjoni. Hija l-Kostituzzjoni nnifisha li qed turi x’nuqqasijiet ghandha,” qal Bartolo.

X’qal aktar Bartolo?

Din ma kinetx l-ewwel darba li għadda kumment dwar is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo sostna li t-tuffieħ imħassar m’għandux jeħel bih il-Partit Laburista.

Sostna fuq Facebook li tliet snin ilu kien staqsa jekk il-persuni li kienu fil-politika kienux hemm għall-interessi personali jew għall-ġid komuni.

Għidtilkom 3 snin ilu… – Evarist Bartolo

Appella lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex iżomm l-għaqda. Sostna li l-poplu jrid jgħix il-kliem tal-Innu Malti u mhux ikantah biss.

“L-Innu Malti rridu ngħixuh mhux inkantawh biss” – Evarist Bartolo